16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2016 – Cyprus Turkish Chamber of Industry et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-41/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta ‘Halloumi’ jew ‘Hellim’ - Ittra tal-Kummissjoni dwar il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni dwar il-proċedura ta’ reġistrazzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))
(2017/C 014/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cyprus Turkish Chamber of Industry (Nikosija, Ċipru), Animal Breeders and Producers Association (Nikosija), Milk and Oil Products Production and Marketing Cooperative Ltd (Nikosija), Süt Urünleri İmalatçulari Birliği Milk Processors Association (Nikosija), Fatma Garanti (Güzelyurt) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, S. Gubel u E. Bertolotto, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, P. Aalto u J. Guillem Carrau, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u l-annullament ta’ żewġ ittri tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Novembru 2015 [Ref.Ares (2015) 5171539] u tal-15 ta’ Jannar 2016 [Ref.Ares (2016) 220922] li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni dwar il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-ġobon imsejjaħ “halloumi/hellim” bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa mċiħud.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tar-Repubblika ta’ Ċipru.
3)
Cyprus Turkish Chamber of Industry, Animal Breeders and Producers Association, Milk and Oil Products Production and Marketing Cooperative Ltd, Süt Urünleri İmalatçulari Birliği Milk Processors Association u Mme Fatma Garanti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
4)
Cyprus Turkish Chamber of Industry, Animal Breeders and Producers Association, Milk and Oil Products Production and Marketing Cooperative, Süt Urünleri İmalatçulari Birliği Milk Processors Association, Fatma Garanti, il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament u r-Repubblika ta’ Ċipru għandhom ibatu kull iwħed u waħda minnhom l-ispejjez rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 118, 4.4.2016.
Full & Egal Universal Law Academy