10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/27
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI
(Kawża T-59/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2012 - Żbalji ta’ liġi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))
(2017/C 221/37)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)
Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment G. Nuvoli u F. Martin, sussegwentement G. Nuvoli u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef Uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs BEI (F-9/14, EU:F:2015:163), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 111, 29.3.2016.
Full & Egal Universal Law Academy