3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/30
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI
(Kawża T-73/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Żbalji ta’ liġi - Appell manifestament infondat”))
(2017/C 213/40)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)
Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment G. Nuvoli u T. Gilliams, sussegwentement G. Nuvoli u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef Uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs BEI (F-37/12, EU:F:2015:162), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk esposti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C ##, ##.