26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/18
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI
(Kawża T-75/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2010 - Żbalji ta’ liġi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament mhux fondat”))
(2017/C 202/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)
Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Nuvoli u T. Gilliams, sussegwentement minn G. Nuvoli u G. Faedo, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs BEI (F-128/11, EU:F:2015:168), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din il-kawża.
(1) ĠU C 118, 4.4.2016.