26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/18
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – Ikos vs EUIPO (AEGYPTISCHE ERDE)
(Kawża T-76/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea AEGYPTISCHE ERDE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Ċaħda tal-applikazzjoni - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])
(2017/C 202/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ikos GmbH (Lörrach, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Masberg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 1257/2015-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali AEGYPTISCHE ERDE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ikos GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 4.4.2016.