7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2016 – Sartour vs Il-Parlament
(Kawża T-78/16) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Konċessjoni ta’ ikel f’bini okkupat mill-Parlament - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Annullament tas-sejħa għal offerti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 410/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Sartour (Beveren, il-Belġju) (rappreżentant: M. Cherchi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Z. Nagy u S. Toliušis, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-18 ta’ Diċembru 2015, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 06B40/2015/M073 dwar il-konċessjoni tas-servizz ta’ restaurant b’ikel mediterranju fil-bini Altiero Spinelli okkupat mill-Parlament fi Brussell, u, min-naħa l-oħra, tad-“deċiżjoni” li permezz tagħha l-Parlament ta l-imsemmija konċessjoni lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 118, 4.4.2016