2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/48
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2016 – Eurofast vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-87/16 R)
([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sussidji - Is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Ittri li jitolbu r-rimbors ta’ parti mis-sussidji mogħtija - Nota ta’ debitu - Att ta’ kumpens - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”])
(2016/C 156/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Eurofast SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: IlKummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, J. Estrada de Solà u L. Cappelletti, aġenti)
Suġġett
Talba intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ kumpens li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2015 indirizzata lir-rikorrenti u intiża għall-irkupru ta’ ammont ta’ EUR 69 923,68 dovut skont ftehim ta’ sussidju.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy