6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Klausner Holz Niedersachsen vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-101/16) (1)
((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Għajnuna mill-Istat - Provvista ta’ injam - Eżami preliminari ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-forma ta’ kuntratti ta’ provvista ta’ injam - Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni f’terminu raġonevoli - Inammissibbiltà manifesta”))
(2017/C 178/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Klausner Holz Niedersachsen GmbH (Saalburg-Ebersdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Reich, C. Hipp u T. Ilgner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset illegalment milli tieħu deċiżjoni, f’terminu raġonevoli, fil-kuntest tal-eżami preliminari ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ġermaniżi lir-rikorrenti fil-forma ta’ kuntratti ta’ provvista ta’ injam.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Klausner Holz Niedersachsen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 145, 25.4.2016.