12.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/24
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Laboratoire de la mer vs EUIPO – Boehringer Ingelheim Pharma (RESPIMER)
(Kawża T-109/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali RESPIMER - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti RESPIMAT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
(2016/C 462/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Laboratoire de la mer (Saint-Malo, Franza) (rappreżentant: S. Szilvasi, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG (Ingelheim, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2016 (Każ R 3109/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Boehringer Ingelheim Pharma u l-Laboratoire de la mer.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Laboratoire de la mer huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 165, 10.5.2016.