23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/35
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2016 – SureID vs EUIPO (SUREID)
(Kawża T-128/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SUREID - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2017/C 022/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SureID, Inc. (Hillsboro, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u S. Crabbe, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-18 ta’ Jannar 2016 (Każ R 1478/2015 4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUREID bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
SureID, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 175, 17.5.2016.
Full & Egal Universal Law Academy