6.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/26
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ April 2016 – Le Pen vs Il-Parlament
(Kawża T-140/16 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru ta’ allowances imħallsa abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ Urġenza”))
(2016/C 200/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jean-Marie Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u J.-P. Le Moigne, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tad-29 ta’ Jannar 2016, li tordna l-irkupru mingħand ir-rikorrenti tal-ammont ta’ EUR 320 026,23 u tan-Nota ta’ debitu Nru 2016-195, tal-4 ta’ Frar 2016, sussegwenti għal din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy