23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/35
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-147/16) (1)
((“Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Penalità - Deċiżjoni ta’ likwidazzjoni tal-penalità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 022/48)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Recchia, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 366 finali, tat-28 ta’ Jannar 2016, li permezz tagħha, b’eżekuzzjoni tas-sentenza tas-17 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-496/09, EU:C:2011:740), il-Kummissjoni stabbilixxiet l-ammont tal-penalità dovuta mir-Repubblika Taljana għas-semestru bejn it-18 ta’ Novembru 2012 u s-17 ta’ Mejju 2013 u s-semestru bejn it-18 ta’ Mejju 2013 u s-17 ta’ Novembru 2013.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 191, 30.5.2016
Full & Egal Universal Law Academy