14.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2017 – Megasol Energie vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-152/16) (1)
([“Rikors għal annullament - Dumping - Sussidji - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin tagħhom (jiġifieri ċelloli) mibgħuta mill-Malasja u mit-Tajwan - Estensjoni għal dawn l-importazzjonijiet tad-dazju antidumping u tad-dazju kumpensatorju definittivi stabbiliti fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin tagħhom (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinjati miċ-Ċina - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”])
(2017/C 269/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Megasol Energie AG (Wangen an de Aare, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. Wegner, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, A. Demeneix u K. Blanck-Putz, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/184, tal-11 ta’ Frar 2016, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le (ĠU 2016, L 37, p. 56), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185, tal-11 ta’ Frar 2016, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le (ĠU 2016, L 37, p. 76), sa fejn huma japplikaw għar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Megasol Energie AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 13.6.2016.