22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2019 — Puma vs EUIPO — CMS (CMS Italy)
(Kawża T-161/16) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva CMS Italy - Trade marks internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw felin li qiegħed jaqbeż lejn ix-xellug - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Prova tar-reputazzjoni - Deċiżjonijiet preċedenti tal-EUIPO li jikkonstataw ir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)
(2019/C 246/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Costruzione Macchine Speciali Srl (CMS) (Alonte, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2016 (Każ R 229/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puma u Costruzione Macchine Speciali (CMS),
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali (EUIPO) tad-29 ta’ Jannar 2016 (Każ R 229/2015-2) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk ta’ Puma SE.
(1) ĠU C 222, 20.6.2016.
Full & Egal Universal Law Academy