18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – NG vs Il-Kunsill Ewropew
(Kawża T-193/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 - Stqarrija għall-istampa - Kunċett ta’ ‘ftehim internazzjonali’ - Identifikazzjoni tal-awtur tal-att - Portata tal-att - Sessjoni tal-Kunsill Ewropew - Laqgħa tal-kapijiet ta’ Stat jew ta’ gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li nżammet fil-bini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Kwalità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni waqt laqgħa mar-rappreżentant ta’ Stat terz - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Inkompetenza”))
(2017/C 121/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NG (rappreżentanti: B. Burns, solicitor, P. O’Shea u I. Whelan, barristers)
Konvenut: Il-Kunsill Ewropew (rappreżentanti: K. Pleśniak, Á. de Elera-San Miguel Hurtado u S. Boelaert, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ ftehim li ġie allegatament konkluż bejn il-Kunsill Ewropew u r-Repubblika tat-Turkija fit-18 ta’ Marzu 2016 u intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud minħabba l-inkompetenza tal-Qorti Ġenerali biex tieħu konjizzjoni tiegħu.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn NQ, NR, NS, NT, NU u NV kif ukoll minn Amnesty International, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea.
3)
NG u l-Kunsill Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
4)
NQ, NR, NS, NT, NU u NV, Amnesty International, kif ukoll ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 232, 27.6.2016.