6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2017 – Kohrener Landmolkerei u DHG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-199/16) (1)
([“Rikors għal annullament - Sistema ta’ speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti - Regolament (UE) Nru 1151/2012 - Regolament ta’ implementazzjoni (UE) 2016/304 - Terminu għat-trażmissjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-att ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2017/C 178/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kohrener Landmolkerei GmbH (Penig, il-Ġermanja) u DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH (Frohburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Wagner, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn D. Triantafyllou, J. Guillem Carrau u J. Herkommer, sussegwentement minn D. Triantafyllou u J. Herkommer, aġenti)
Suġġett
Talba skont l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/304, tat-2 ta’ Marzu 2016 li jdaħħal fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [“Heumilch”/“Haymilk”/“Latte fieno”/“Lait de foin”/“Leche de heno” (STG)] (ĠU L 58, p. 28).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
2)
Kohrener Landmolkerei GmbH u DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 232, 27.6.2016.