6.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Brancheforeningen for Regulerkraft i Danmark vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-203/16) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Ilment - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni li jtemm in-nuqqas li tittieħed azzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 178/28)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Brancheforeningen for Regulerkraft i Danmark (Ikast, id-Danimarka) (rappreżentant: N. Gade, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u S. Maaløe, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset illegalment milli tosserva t-termini rigward it-tul ta’ żmien tal-proċedura ta’ eżami preliminari ta’ għajnuna mill-Istat u, wara li nbdiet il-proċedura formali, naqset illegalment milli tieħu deċiżjoni dwar l-ilment, imressaq mir-rikorrenti, dwar għajnuna mill-Istat.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Brancheforeningen for Regulerkraft i Danmark u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 232, 27.6.2016.