27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-207/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Atti li ma ġew qatt adottati - Talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Talba għall-interpretazzjoni tar-rikors bħala li huwa intiż għal att ieħor li ma huwiex wieħed mill-atti kkontestati - Caħda - Inammissibbiltà manifesta”))
(2017/C 402/45)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u A. Katsimerou, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament ta’ allegata deċiżjoni ta’ esklużjoni tar-rikorrent u ta’ allegata deċiżjoni ta’ inklużjoni u ta’ attivazzjoni tat-twissija ta’ esklużjoni tar-rikorrent fis-sistema ta’ twissija bikrija (EWS) jew fis-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni (EDES).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha fil-kawża prinċipali u fil-proċeduri għal miżuri provviżorji, iż-żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis f’dawn il-proċeduri.
3)
Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis għandu jbati terz mill-ispejjeż tiegħu f’dawn il-proċeduri.
(1) ĠU C 251, 11.7.2016.