5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/28
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2016 – Direttur Ġenerali tal-OLAF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-251/16 R)
((Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità ġudizzjarja tad-direttur ġenerali tal-OLAF - Att li jista’ jikkontesta l-indipendenza tad-direttur ġenerali - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza))
(2016/C 326/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (rappreżentanti: L. Jelínek, aġent, assistit minn G. M. Roberti u I. Perego, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks, J. P. Keppenne u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)1449 finali, tat-2 ta’ Marzu 2016, dwar talba għat-tneħħija tal-immunità ġudizzjarja.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-digriet tas-6 ta’ Ġunju 2016 mogħti fil-Kawża T-251/16 R huwa revokat.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.