7.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 410/21
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Niculae et vs Ir-Rumanija et
(Kawża T-256/16 R)
((Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ċaħda tar-rikors prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2016/C 410/30)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Ioan Niculae (Bucharest, ir-Rumanija) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: M. Vasii, avukat)
Konvenuti: Ir-Rumanija, il-Kummissjoni Ewropea, Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u l-Autoritatea naţională de reglementare în domeniul energiei (ANRE) (Ir-Rumanija)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji mressqa fil-kuntest ta’ rikors kontra r-Rumanija, mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u mill-Autoritatea naţională de reglementare în domeniul energiei (ANRE) (ir-Rumanija).
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.
2)
Ioan Niculae u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.