9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/38
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2016 – Solelec et vs Il-Parlament
(Kawża T-281/16 R)
([“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Xogħolijiet ta’ elettriku (kurrenti qawwija) fil-kuntest tal-proġett ta’ estensjoni u ta’ rinnovament tal-bini Konrad Adenauer tal-Parlament fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”])
(2017/C 006/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Solelec SA (Esch sur Alzette, il-Lussemburgu), Mannelli & Associés SA (Bertrange), Paul Wagner et fils SA (il-Lussemburgu), Socom SA (Foetz) (rappreżentant: S. Marx, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Mraz u L. Chrétien, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Parlament tas-27 ta’ Mejju 2016 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti għal-lott Nru 75 fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti bir-referenza INLO-D-UPIL-T-15-AO6, li tikkonċerna l-proġett ta’ estensjoni u rinnovament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li tattribwixxi dan il-lott lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda
2)
Id-digriet tad-9 ta’ Ġunju 2016 mogħtija fil-Kawża T-281/16 R huwa rtirat.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.