14.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – Inox Mare vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-289/16) (1)
((Rikors għal annullament - Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 - Investigazzjoni esterna tal-OLAF - Rapport u rakkomandazzjonijiet - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà))
(2017/C 269/29)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Inox Mare Srl (Rimini, l-Italja) (rappreżentant: R. Holzeisen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Baquero Cruz, D. Nardi u L. Grønfeldt, sussegwentment J. Baquero Cruz u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-rapport finali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) rigward l-investigazzjoni esterna OF/2013/0086/B1 [THOR(2015) 40189 tas-26 ta’ Novembru 2015], tar-rakkomandazzjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF relatata miegħu [THOR(2015) 42057 tad-9 ta’ Diċembru 2015] u tal-atti preċedenti u strettament konnessi tal-OLAF
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Inox Mare Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 270, 25.7.2016.