8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/45
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – SymbioPharm vs EMA
(Kawża T-295/16) (1)
((Rikors għal annullament - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Bidu tal-proċedura ta’ riferiment tal-EMA - Artikoli 31 sa 34 tad-Direttiv 2001/83/KE - Prodott mediċinali Symbioflor 2 u prodotti mediċinali li għandhom isem li jixxiebah - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà))
(2017/C 144/61)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: SymbioPharm GmbH (Herborn, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Sander, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński, N. Rampal Olmedo, I. Ratescu, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-EMA tal-1 ta’ April 2016 fir-rigward tal-bidu tal-proċedura ta’ riferiment imsemmija fl-Artikoli 32 sa 34 tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69), fir-rigward tal-prodott mediċinali Symbioflor 2 u prodotti mediċinali li għandhom isem li jixxiebah wara notifika mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja skont l-Artikolu 31 tal-imsmemija direttiva.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
SymbioPharm GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 279, 1.8.2016.