20.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Gyarmathy vs EMCDDA
(Kawża T-297/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Persunal tal-EMCDDA - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ reklutaġġ - Xoljiment tal-kuntratt - Fastidju psikoloġiku - Talba għal assistenza - Investigazzjoni amministrattiva - Imparzjalità tal-investigazzjoni”))
(2017/C 392/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Valéria Anna Gyarmathy (Györ, l-Ungerija) (rappreżentant: A. Véghely, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) (rappreżentanti: D. Storti u F. Pereyra, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appel mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-18 ta’ Mejju 2015, Gyarmathy vs EMCDDA (F-79/13, EU:F:2015:49), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Valéria Anna Gyarmathy għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 364, 3.10.2016.