10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/28
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta Mejju 2017 – De Masi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-341/16) (1)
([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Talba għal aċċess abbażi tal-kooperazzjoni interistituzzjonali bis-saħħa tal-Artikolu 230 TFUE - Dokumenti li jirrigwardaw il-ħidma tal-grupp ‘Kodiċi ta’ kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi)’ stabbilit mill-Kunsill - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])
(2017/C 221/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Fabio De Masi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Fischer Lescano, professur)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li hija inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Ġunju 2016, li tirrispondi għat-talba tal-president tal-kumitat speċjali tal-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta’ natura jew effett simili (TAXE2) għal aċċess sħiħ għad-dokumenti tal-grupp “Kodiċi ta’ kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi)”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Fabio De Masi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 287, 8.8.2016.