14.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – Inox Mare vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-347/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata li l-ħlas mill-ġdid tad-dazju fuq l-importazzjoni ma huwiex iġġustifikat f’każ partikolari - Rikors ta’ operatur ieħor - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))
(2017/C 269/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Inox Mare Srl (Rimini, l-Italja) (rappreżentanti: R. Holzeisen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, J. Baquero Cruz u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 9672 finali, tas-6 ta’ Jannar 2016, li tikkonstata li l-ħlas mill-ġdid tad-dazju fuq l-importazzjoni ma huwiex iġġustifikat f’każ partikolari (REM 02/14).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Inox Mare Srl għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 296, 16.8.2016