13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2017 – European Social Enterprise Law Association/EUIPO (EUROPEAN SOCIAL ENTERPRISE LAW ASSOCIATION)
(Kawża T-353/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Rappreżentanza tar-rikorrent minn avukat li ma huwiex terz - Inammissibbiltà”))
(2017/C 078/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Social Enterprise Law Association (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: L. Fletcher, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2016 (Każ R 2208/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EUROPEAN SOCIAL ENTERPRISE LAW ASSOCIATION bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
European Social Enterprise Law Association hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 314, 29.8.2016.