8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/45
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2017 – Popescu vs Ir-Rumanija
(Kawża T-380/16)
((“Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”))
(2017/C 144/62)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Doina Popescu (Slatina, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Ispas, avukat)
Konvenuta: Ir-Rumanija
Suġġett
Talba intiża, minn naħa, għall-kundanna ta’ diversi awtoritajiet nazzjonali Rumeni minħabba allegati fatti ta’ natura kriminali u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Doina Popescu għandha tbati l-ispejjeż tagħha.