19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/28
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2017 – Düll vs EUIPO – Cognitect (DaToMo)
(Kawża T-381/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ annullament - Irtirar tal-applikazzjoni għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 195/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Klaus Düll (Südergellersen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Wolff-Marting, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cognitect, Inc. (Durham, North Carolina, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ April 2016 (Każi magħquda R 1383/2015-2 u R 1481/2015-2), dwar proċedimenti ta’ annullament bejn Cognitect, Inc. u Klaus Düll.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Klaus Düll u Cognitect, Inc. huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll nofs kull wieħed mill-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 364, 3.10.2016.