4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – De Masi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-423/16) (1)
([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw il-ħidma tal-grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi) stabbilit mill-Kunsill - Risposta għat-talbiet inizjali wara soluzzjoni ekwa - Assenza ta’ deċiżjoni konfermattiva - Inammissibbiltà”])
(2017/C 293/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Fabio De Masi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Fischer-Lescano, professeur)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Baquero Cruz u F. Erlbacher, sussegwentement minn J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba bbażta fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jinkludu, minn naħa, l-ittra tal-20 ta’ Mejju 2016 u, min-naħa l-oħra, l-ittra tat-13 ta’ Lulju 2016, li tirrispondi għat-talbiet ta’ aċċess għal dokumenti tal-grupp tal-Kodiċi ta’ Kondotta (tassazzjoni tal-intrapriżi)”, ippreżentati mir-rikorrenti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħuda bħala manifestament inammissibbli.
2)
F. De Masi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 371, 10.10.2016.