11.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 300/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – HI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-464/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proġett iffinanzjat mill-Unjoni - Kunflitt ta’ interessi - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni ta’ tnaqqis fil-grad - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))
(2017/C 300/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: HI (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef uniku) tal-10 ta’ Ġunju 2016, HI vs Il-Kummissjoni (F-133/15, EU:F:2016:127), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
HI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanża.
(1) ĠU C 371, 10.10.2016.