30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/52
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2019 — Lidl Stiftung vs EUIPO — Amedei (For you)
(Kawża T-480/16) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva For you - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni minħabba motivi assoluti ta’ rifjut - Tmiem ta’ interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 328/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Berger u M. Wolter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Amedei Srl (Pontedera, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 (Każ R 851/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Amedei u Lidl Stiftung.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 402, 31.10.2016
Full & Egal Universal Law Academy