23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/36
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – ED vs EUIPO
(Kawża T-512/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Telexogħol - Talba għal estensjoni - Rifjut - Rikors - Għoti sussegwenti ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 022/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ED (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, P. Saba u D. Botis, aġenti)
Suġġett
Talba, imressqa skont l-Artikolu 270 TFUE, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO, tal-15 ta’ Jannar 2014, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti tas-26 ta’ Settembru 2013 sabiex tiġi awtorizzata essenzjalment li tkompli bit-telexogħol minn Barcelona (Spanja) sakemm tirkupra saħħitha.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
ED għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha stess.
3)
L-Uffiċċju tal-Propjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn ED.
(1) ĠU C 184, 16.6.2014 (kawża rreġistrata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-35/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Settembru 2016).
Full & Egal Universal Law Academy