23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – ED vs EUIPO
(Kawża T-520/16) (1)
((“Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Xogħol mid-dar - Talba għal estensjoni - Rifjut - Rikors - Għoti ta’ invalidità sussegwenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 022/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ED (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: S. Pappas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament, ippreżentata skont l-Artikolu 270 TFEU, tad-deċiżjoni tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2014 li tiċħad it-talba tar-rikorrent tas-26 ta’ Settembru 2013 sabiex essenzjalment jiġi awtorizzat ikompli x-xogħol mid-dar minn Barcelona (Spanja) sakemm jerġa’ jiġi f’saħħtu u tad-deċiżjoni tal-President tal-EUIPO, tat-3 ta’ Ġunju 2014, li tiċħad l-ilment tiegħu tas-7 ta’ Frar 2014.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
ED għandu jbati terz mill-ispejjeż tiegħu stess.
3)
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll żewġ terzi mill-ispejjeż sostnuti minn ED.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-93/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy