4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/56
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2018 – OT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-552/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kandidatura għall-pożizzjoni ta’ direttur tal-EMCDDA - Ċaħda tal-kandidatura - Parir taċ-CCA - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà manifesta”))
(2019/C 44/71)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: OT (rappreżentant: D. Sobor, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Simonetti u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-“deċiżjoni tal-[Kummissjoni] tas-26 ta’ Settembru 2014 li tiċħad il-kandidatura [tiegħu] għall-pożizzjoni ta’ direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga” (EMCDDA), u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni, materjali u morali, li r-rikorrent allegatament ġarrab.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
OT huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 383, 17.10.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-75/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy