8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/46
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2017 – GX vs Il-Kummisssjoni
(Kawża T-556/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13 - Deċiżjoni li l-isem tar-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
(2017/C 144/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: GX (rappreżentant: G. M. Enache, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/248/13, tal-20 ta’ Awwissu 2014, li l-isem tar-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżvera u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent kien allegatament issubixxa minħabba din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
GX hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 279 tal-24.8.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-UnjoniEwropea bin-numru F-89/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fid-1.9.2016).