12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/28
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Durazzo vs SEAE
(Kawża T-559/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Atti li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà manifesta - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss - Artikolu 43 u Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Eżami komparattiv tal-merti - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni għall-finijiet tal-promozzjoni - Evalwazzjonijiet esklużivament letterali - Assenza ta’ metodu li jippermetti l-komparabbiltà tar-rapporti ta’ evalwazzjoni għall-finijiet tal-promozzjoni - Rikors manifestament fondat”))
(2018/C 052/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giacomo Durazzo (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: inizjalment S. Marquardt u M. Silva, sussegwentement S. Marquardt, aġenti, assistit minn M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament ta’ tliet atti tas-SEAE, jiġifieri, l-ewwel nett, il-proposta ta’ promozzjoni tal-11 ta’ Lulju 2014 sa fejn hija tirrigwarda l-grad AD 13, it-tieni nett, id-deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 2014 li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014 u, it-tielet nett, id-deċiżjoni tat-28 ta’ Mejju 2015 li tiċħad l-ilment ippreżentat kontra dan ir-rifjut ta’ promozzjoni.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-29 ta’ Ottubru 2014 li Giacomo Durazzo ma jiġix promoss għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014 hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 302, 14.9.2015 (kawża rreġistrata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-101/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).