15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/17
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2017 – Bowles vs BĊE
(Kawża T-564/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Żieda fis-salarju - Membri tal-Kumitat tal-Persunal - Eliġibbiltà - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
(2018/C 013/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Carlos Bowles (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment L. Levi u A. Tymen, sussegwentement L. Levi, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. Malfrère u E. Carlini, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2015, ikkomunikata lill-persunal fit-13 ta’ Marzu 2015, li permezz tagħha l-BĊE rrifjuta li jagħti lir-rikorrent żieda addizzjonali fis-salarju għas-sena 2015 kif ukoll għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tar-rikors speċjali tad-9 ta’ Lulju 2015 u, min-naħa l-oħra, għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal annullament.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 16 tat-18.1.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-130/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).