4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/56
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2018 – OT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-576/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kandidatura għall-pożizzjoni ta’ direttur tal-EMCDDA - Ċaħda tal-kandidatura - Lis pendens - Ċaħda ta’ talba għal assistenza - Assenza ta’ interess ġuridiku - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))
(2019/C 44/72)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: OT (rappreżentant: D. Sobor, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Simonetti u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-“deċiżjoni tal-[Kummissjoni], tas-26 ta’ Settembru 2014, li tiċħad il-kandidatura [tagħha] […] għall-pożizzjoni ta’ direttur taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi” (EMCDDA), it-tieni nett, tad-deċiżjoni tad-9 ta’ April 2015, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-ilment tagħha kontra din id-deċiżjoni kif ukoll it-talba tagħha għal assistenza, u, it-tielet nett, tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2015, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-ilment tagħha kontra ċ-ċaħda tat-talba għal assistenza, u min-naħa l-oħara, għal kumpens għad-danni, materjali u morali, allegatament subiti mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
OT hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 383, 17.10.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Numru F-4/16) u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy