14.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2017 – Vankerckhoven-Kahmann vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-582/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċċjali - Bini mill-ġdid tal-karriera - Rifut ta’ promozzjoni - Trasferiment interistituzzjonali - Klassifikazzjoni fi grad - Talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-persunal - Terminu raġjonevoli - Inammissibbiltà”))
(2017/C 269/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Monique Vankerckhoven-Kahmann (Enghien, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, sussegwentement minn G. Berscheid u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba skont l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2015 li biha ġiet irrifjutata r-reviżjoni tal-grad tar-rikorrenti waqt it-trasferiment tiegħu u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2015 li tiċħad l-ilment tagħha ppreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Monique Vankerckhoven-Kahmann għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 145, 25.4.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-11/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.09.2016).