Kawża T-590/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2018 – Spychalski vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Avviż ta’ kompetizzjoni — Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD 177/10-ECO2013 — Evalwazzjoni tal-lingwa prinċipali — Deċiżjoni li l-isem tar-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva — Nuqqas manifest ta’ kompetenza — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
C2682018MT3720120180608MT0046372382
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2018 – Spychalski vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-590/16) ( 1 )
“(“Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Avviż ta’ kompetizzjoni — Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD 177/10-ECO2013 — Evalwazzjoni tal-lingwa prinċipali — Deċiżjoni li l-isem tar-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva — Nuqqas manifest ta’ kompetenza — Rikors manifestament infondat fid-dritt”)”2018/C 268/46Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Michał Spychalski (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: A. Żołyniak, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD 177/10-ECO2013, organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), li l-isem tar-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva u, min-naħa l-oħra, sabiex l-Awtorità tal-Ħatra tiġi obbligata timla l-lista ta’ riżerva stabbilita abbażi tal-kompetizzjoni ġenerali inkwistjoni bl-isem tar-rikorrent, u l-perijodu tal-validità taż-żieda għandu jkun jikkoinċidi ma’ dak tal-lista ta’ riżerva.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment għal nuqqas manifest ta’ kompetenza tal-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni dwaru.
2)
Michał Spychalski huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU C 383, 17.10.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-20/16) u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.09.2016).
Full & Egal Universal Law Academy