18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/32
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Walton vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-594/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Allowance għall-firda - Reviżjoni tal-kalkolu - Awtorità ta’ res judicata - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament mingħajr kull bażi fid-dritt”))
(2017/C 121/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Robert Walton (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-C. Simon u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal- awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ ikkomunikata permezz tal-ittra tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Marzu 2016 li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrent intiża sabiex tikseb ir-reviżjoni tal-kalkolu tal-allowance għall-firda konsekuttiva wara r-riżenja tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
R. Walton huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 251, 11.7.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-24/16 u ttrasferita għall-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).