26.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/19
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2017 – Dreimane vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-618/16) (1)
((“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali - Kalkolu tas-snin ta’servizz pensjonabbli - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Terminu - Inammissibbiltà manifesta”))
(2017/C 202/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sandra Dreimane (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Ābiks, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiffissa l-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz pensjonabbli li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-iskema tal-pensjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq talba għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba n-nuqqas ta’ osservanza, mill-Kummissjoni, ta’ terminu raġonevoli għat-trattament ta’ din it-talba għal trasferiment.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Sandra Dreimane għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 371, 10.10.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-48/16 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Settembru 2016).