8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/46
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2017 – Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej vs ECHA
(Kawża T-625/16 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi - REACH - Tariffi dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju - Deċiżjoni li timponi dritt amministrattiv u tariffa komplementari - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 144/64)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej sp. z o.o. (Grajewo, il-Polonja) (rappreżentant: T. Dobrzyński, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: E. Maurage u J. Trnka et M. Heikkilä, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni Nru SME (2016) 2851 tat-23 ta’ Ġunju 2016 li tiddikjara li r-rikorrenti ma setgħatx tibbenefika mit-tnaqqis fit-tariffi applikabbli għall-impriżi ta’ daqs medju, u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-konvenuta sabiex tannulla l-kontijiet maħruġa fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni, jiġifieri l-kontijiet tal-ECHA Nru 10058238 u Nru 10058239 tat-23 ta’ Ġunju 2016.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.