18.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 121/33
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Troszczynski vs Il-Parlament
(Kawża T-626/16 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 121/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mylène Troszczynski (Noyon, Franza) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Alonso de León, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2016, dwar l-irkupru, mingħand ir-rikorrenti, tas-somma ta’ EUR 56 554 u tan-nota ta’ debitu 2016-888 sussegwenti għal din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.