10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/38
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs BUR
(Kawża T-645/16 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni - Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni - Kontribuzzjonijiet ex ante - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2017/C 112/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR) (rappreżentanti: B. Meyring u S. Schelo, avukati)
Suġġett
Talbiet ibbażati fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiżi għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-sessjoni eżekuttiva tal-BUR (SRB/ES/SRF/2016/06) tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2016 u, min-naħa l-oħra, l-ordni, lill-BUR, li tirrimborsa kontribuzzjonijiet ex ante mħallsa mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy