7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/28
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2017 – Camerin vs Il-Parlament
(Kawża T-647/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kollokament fl-interess tas-servizz - Età tal-irtirar - Talba għal estensjoni tal-kollokament - Ċaħda tat-talba - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Att preparatorju - Inammissibbiltà”))
(2017/C 256/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Laure Camerin (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u M. Ecker, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Grupp tal-Allejanza Progressista tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament, tal-1 ta’ Diċembru 2015, li tiċħad it-talba għall-estensjoni tal-kollokament tar-rikorrenti lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2015 u tad-deċiżjoni tal-President tal-Grupp, tal-15 ta’ Ġunju 2016, li tiċħad l-ilment tiegħu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Laure Camerin hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 410, 7.11.2016.