14.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/23
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2017 – Márquez Alentà vs EUIPO – Fiesta Hotels & Resorts (Rappreżentazzjoni ta’ nemla)
(Kawża T-657/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta nemla - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Għajbien tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2017/C 269/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Marc Márquez Alentà (Cervera, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Fiesta Hotels & Resorts, SL (Ibiza, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1242/2015-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fiesta Hotels & Resorts u M. Márquez Alentà.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Marc Márquez Alentà.
(1) ĠU C 410, 7.11.2016.