4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/57
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2018 – Credito Fondiario vs BUR
(Kawża T-661/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni Bankarja - Mekaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ditti oħra tal-investiment (MUR) - Fond Uniku ta’ Rożoluzzjoni (FUR) - Iffissar tal-kontribuzzjoni ex ante għall-2016 - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Inammissibilità manifesta”))
(2019/C 44/73)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Credito Fondiario SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, S. Frazzani, A. Neri u F. Iacovone, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: B. Meyring, A. Villani u M. Caccialanza, avukati)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentat: G. Palmieri, agent)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, A. Steiblytė, u K.-Ph. Wojcik, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata, minn naħa, fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BUR fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-15 ta’ April 2016 fuq il-kontribuzzjonijiet ex-ante għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2016/06) u tad-deċiżjoni tal-BUR fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2016 dwar l-aġġustament tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2016 għall-Fond ta’ Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li tissupplimenta d-deċiżjoni tal-BUR tal-15 ta’ April 2016 (SRB/ES/SRF/2016/13), sa fejn jikkonċernaw ir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, fuq l-Artikolu 277 TFUE.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Credito Fondiario SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR).
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Taljana għandhom ibati l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 402, 31.10.2016.
Full & Egal Universal Law Academy