29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/29
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2018 – PJ vs EUIPO – Erdmann & Rossi (Erdmann & Rossi)
(Kawża T-664/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz indipendenti mir-rikorrent - Sostituzzjoni ta’ parti fil-kawża - Trasferiment tad-drittijiet tal-applikant għal trade mark tal-Unjoni Ewropea - Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz indipendenti mill-applikant fis-sostituzzjoni ta’ parti - Inammissibbiltà”))
(2018/C 392/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: PJ (rappreżentant: S. avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Hanne, sussegwentement A. Söder, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Erdmann & Rossi GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-18 ta’ Lulju 2016 (Każ R 1670/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Erdmann & Rossi u PJ
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal sostituzzjoni.
3)
PJ huwa kkundannat għall-ispejjeż.
4)
[Y]-GmbH, u kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talba għal sostituzzjoni.
(1) ĠU C 70, 6.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy